Titħabbar il-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli

L-Isqof Charles Scicluna jħabbar il-Kummissjoni

Kmieni dalgħodu l-Isqof Charles Scicluna ħabbar it-twaqqif tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli li se titmexxa minn Andrew Azzopardi. Din il-kummissjoni twaqqfet fid-dawl tal-proċeduri l-ġodda li ġew ippubblikati mill-Kurja fid-29 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni se tkun magħmula minn ħames membri bil-Kap ikun Andrew Azzopardi filwaqt li Roberta Attard, Kevin Borg, Fr Antoine Farrugia u Clarissa Sammut Scerri.

Meta tkellem dwar il-ħatra tiegħu Andrew Azzopardi qal li l-Kummissjoni mhux se tkun qed tinvestiga każijiet biss imma se tkun qed tiffoka fuq xogħol ta’ prevenzjoni bil-għan li tinħoloq kultura fejn it-tfal u l-adulti vulnerabbli jħossuhom komdi li jkunu protetti u li jħossu li dak li jsir ikun għall-interess tagħhom.
 

More in Socjali