Skola tal-Knisja ma taċċettax ulied żewġ gays irġiel

Tgħid li hi timxi ma' dak li tgħid fuq il-familja l-Iskrittura Mqaddsa

Il-koppja gay flimkien ma' wliedhom, tifel ta' 3 snin u tifla ta 8 xhur
Il-koppja gay flimkien ma' wliedhom, tifel ta' 3 snin u tifla ta 8 xhur

Brian Copeland u żewġu Greg Bullard ħassewhom ferm diżappuntati li skola privata reliġjuża f'Tennessee m'aċċettatx liż-żewġ uliedhom adotatti, tifel ta' 3 snin u tilfa ta' 8 xhur. Huma xtaqu li jibagħtu lil uliedhom fid-Davidson Academy f'Nashville li hi skola tajba ħafna u li xi ħadd kien qalilhom li jaċċettaw tfal li ġejjin minn ambjent mhux tas-soltu. Billi Bullard hu stess hu pastor fil-Covenant of the Cross Church f'Nashville xtaq li jibagħthom fi skola bi twemmin Nisrani. Għalhekk ċemplu biex jagħmlu appuntament mal-iskola biex jiktbu lil uliedhom. Iżda wara li qalulhom li huma ġenituri gay, u t-tnejn huma rġiel, irċevew ittra l-għada fejn qaltilhom li aħjar ifittxu skola oħra, għax il-politika tal-iskola tagħhom hi bbażata fuq interpretazzjoni tal-iskrittura dwar l-istituzzjoni taż-żwieġ. "We believe strongly in a strict interpretation of the Scriptures regarding the institution of marriage" - "Aħna nemmnu bis-sħiħ f'interpretazzjoni stretta tal-iskrittura dwar x'għandu jkun żwieġ."

L-aktar li skantaw din il-koppja gay hi li meta l-każ ħareġ fuq Facebook kważi dawk kollha li wrew il-fehma tagħhom kienu kollha favur id-deċiżjoni tal-iskola, fejn kien hemm anke gays li qablu mad-deċiżjoni tal-iskola reliġjuża.

More in Socjali