Saċerdot Għawdxi jagħti 128 borża demm

Mons. Salv Grima, saċerdot min-Nadur

Mons. Salv Grima, saċerdot min-Nadur waqt l-għoti tad-demm
Mons. Salv Grima, saċerdot min-Nadur waqt l-għoti tad-demm

Mons. Salv Grima, saċerdot min-Nadur ta d-demm għal mija u tmienja u għoxrin (128) darba. Dan seħħ propju lbieraħ, il-Ħadd 25 ta’ Jannar 2015, waqt sessjoni tal-għoti tad-demm li nżammet fid-Dipartiment tal-Outpatients, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Is-sessjoni tal-għoti tad-demm tal-bieraħ kienet waħda differenti minn tas-soltu u saret fil-preżenza ta’ Dr Nadine Delicata, CEO ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u s-Sur Tony Micallef, Doner Liaison fi ħdan is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Preżenti kienn hemm ukoll l-Isqof t’Għawdex Mario Grech li minn naħa tiegħu għamel preżentazzjoni lil Mons. Grima bħala ġest ċkejken ta’ apprezzament filwaqt li ried jonora lid-donaturi tad-demm kollha bil-preżenza tiegħu kif ukoll jirrikonoxxi l-ġest sabiħ tagħhom.

F’kelmtejn l-Isqof Grech qal “Ma nsibx kliem biex irrodd ħajr lil dawk li jagħtu d-demm.  Id-donazzjoni tad-demm, barra li hija att ċiviku għoli peress li hi espressjoni ta’ solidarjetà ma’ dawk li huma vulnerabbli, għan-Nisrani hi wkoll att ta’ karità erojka li jixbah dik l-imħabba li biha ħabbna l-Iben ta’ Alla.  Peress li huwa possibbli li d-demm jinġabar fil-jum tal-Ħadd, nirrakkomanda lill-komunitajiet parrokkjali li normalment fil-ġurnata tal-Ħadd jiltaqgħu biex jiċċelebraw l-Ewkaristija, biex jikkunsidraw l-għoti tad-demm bħala mod kif jgħixu l-Ewkaristija”. 

Grech temm jgħid li tkun inizjattiva f’waqtha kieku fil-jum tal-Ħadd, wara li joħorġu mill-Quddiesa, l-Insara jmorru fejn jinġabar id-demm u jagħmlu donazzjoni tad-demm tagħhom.

 

More in Socjali