Wara 30 sena tipprova għat-tfal, mietet wara li welldet tewmin
Storja ta’ qsim il-qalb ta’ omm li gawdiet il-ħolma tagħha għal ġimgħa biss
More in Socjali
Storja ta’ qsim il-qalb ta’ omm li gawdiet il-ħolma tagħha għal ġimgħa biss
Storja ta’ qsim il-qalb hi dik ta’ omm li kienet ilha 30 sena tixtieq l-ulied u meta rnexxielha mietet sebat ijiem wara li welldet tewmin. Lisa Swinton McLaughlin, minn Baltimore, Maryland, kellha 56 sena meta welldet tewmin subien u mietet ftit wara li kella kumplikazzjonijiet fil-‘bowels’.
Lisa kienet ilha 10 snin tipprova trattamenti bit-tama li ssir omm. Wara għaxar snin il-ħolma ta’ Lisa saret realta. Kienet tqila u mhux ta’ wieħed iżda b’tewmin. Fis-27 ta’ Diċembru Lisa tat id-dawl lit-tewmin subien Jordan u Dylan permezz ta’ Ċesarja. Iżda fl-4 ta’ Jannar McLaughlin mietet. Kienet qed tilmenta minn uġiegħ kbir f’żaqqha li hi ħasbet li kien ikkawżat minħabba l-operazzjoni taċ-ċesarja, iżda l-uġiegħ kien ġej minn ostruzzjoni fil-‘bowels’.
Żewġha qal li wara li saret omm Lisa kienet qed tgħix fis-sħab, “Kien l-aktar darba li rajtha ferħana. Riedet dak li kellhom in-nisa l-oħra, ulied u kellha.” Qal żewġha.
Mike qal li Lisa ilha tixtieq ulied 30 sena sħaħ iżda ma setgħetx ikollha. Imbagħad 10 snin ilu iddeċidew li jibdew trattamenti biex ikollhom it-tfal u rnexxielhom wara għaxar snin ta’ trattamenti. Waqt it-tqala tagħha kienet issofri minn dijabete u kienet monitorjata sew. F’Diċembru kienet ordnata toqgħod fis-sodda għax wieħed mit-tewmin kien kbir wisq u dan seta rriżulta ħażin fuq it-tarbija l-oħra li kien qed jimblokka d-demm imur fit-tarbija l-oħra.
It-tfal twieldu premature u kienu jiżnu biss 3 libbri iżda kienu b’saħħithom. Lisa irnexxielha jżomm lill-uliedha f’idejha u tħobbhom qabel mietet hekk ħabta u sabta. Żewġha qal li Lisa kienet temmen li tilħaq lkill-uliedha jilħqu irġiel, iżda ma kienx il-każ.
Issa Mike irid irabbi l-uliedu waħdu. Hu qal li kif it-tfal joħorġu mill-kura intenisva li jinsabu fiha se jitlob għajnuna ta’ nanny. Pero hu jinsab irtirat u qal li qed jaħsibha li jmur Nebraska fejn hemmhekk għandu tifel adult minn żwieġ ta’ qabel u membri tal-familja tiegħu u jitlob l-għajnuna tagħhom.