Proġett ta’ tisbiħ quddiem Kastilja

Ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin

Ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin
Ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin

Wara konsultazzjoni mal-għaqda ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, ħatret lill-espert Ian Lansley, biex jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bħala parti mill-proġett ta’ tisbiħ li se jsir quddiem il-bini ta’ Kastilja, il-Belt Valletta.
 
Ix-xogħlijiet fuq il-proġett, kif imħabbar fil-Baġit għal din is-sena, se jibdew matul il-ġimgħat li ġejjin.
 
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-GHRC kellha għadd ta’ diskussjonijiet mal-għaqda ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ biex ikun deċiż xi tkun l-aħjar deċiżjoni li għandha tittieħed rigward erba’ siġar taż-żnuber li hemm fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja.
 
Lansley, li bħalissa jinsab hawn Malta, se jkun qed jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif dawn is-siġar, għandhom jiġu rilokati x’imkien ieħor mingħajr ma ssirilhom ebda ħsara. Bħalissa qed jitħejja method statement dwar kif għandha ssir ir-rilokazzjoni.
 
Matul dawn il-jiem, il-GHRC kellha wkoll għadd ta’ laqgħat ma’ stakeholders differenti, dwar il-proġett ippjanat għal quddiem Kastilja.

More in Socjali