L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tħabbar li visitmalta.com issa żiedet żewġ lingwi oħra li biha jistgħu jkunu aċċessati, b'mod speċjali ċ-Ċiniż u t-Tork. Biż-żieda ta' dawn iż-żewġ lingwi, dan is-sit elettroniku issa hu disponibbli bi 12-il lingwa differenti.
Il-fama ta' dan is-sit elettroniku żdiedet b'mod sinifikanti fl-2014. Is-sit irreġistra żieda ta' 39% sena wara sena, b'3.71 miljun viżitatur fl-2014 kkumparati maż-2.67 miljuni fl-2013. Iktar minn 80% ta' dawn il-viżitaturi kienu ġejjin minn barra minn Malta, bil-maġġoranza tagħhom ikunu mir-Renju Unit, l-Italja, Franza, l-Amerka u l-Ġermanja rispettivament.
Il-verżjoni li hemm bħalissa fuq visitmalta.com ġiet imnedija fl-2011 u hi disponibbli bl-Ingliż, it-Taljan, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol, is-Svediż, l-Olandiż, ir-Russu, il-Ġappuniż, l-Ungeriż u issa t-Tork u ċ-Ċiniż.
Wieħed jista' jaċċessa l-verżjoni Ċiniża billi jagħfas hawn u l-verżjoni bit-Tork billi jagħfas hawn.