Jannar kien iktar sħun u xott min-norma

Jannar b'riħ qawwi, b'inqas xita u b'temperaturi għolja

Jannar li għadda kien karatterizzat minn iktar riħ u b'inqas xita mill-medja. Jannar kellu wkoll temperaturi iktar għoljin minn dak li s-soltu nesperjenzaw fl-ewwel xahar tas-sena.

Is-soltu matul ix-xahar ta' Jannar, pajjiżna jirreġistra medja ta' 92.9mm ta' xita, dis-sena ġie rreġistrat 49.6mm. L-ikbar ammont ta' xita f'ġurnata waħda kienet ta' 15.88mm.

Ir-ragħad instema' f'ħamest ijiem, fl-20, 22, 23, 24 u 26 ta' Jannar, li kien iżjed mill-medja ta' tlitt ijiem li s-soltu nesperjenzaw f'dan ix-xahar. Niżel is-silġ fis-26 ta' Jannar biss u kien xahar mingħajr ċpar.

Fil-maġġoranza tad-drabi r-riħ kien ġej mill-Punent b'forza medja ta' 10.4.

Il-medja tat-temperatura f'Jannar kienet ta' 12.9°C, kemm kemm iktar sħuna min-norma, li hi 12.7°C. L-ogħla temperatura kienet fis-17 ta' Jannar, dik ta' 18.3°C u l-iktar waħda baxxa kienet fl-ewwel tas-sena meta niżlet għal 2.1°C.

Il-livell tal-umdità f'Jannar kien ta' 78%, li huwa ftit inqas min-norma, 79%.

More in Socjali