(AĠĠORNAMENT) Ħsarat fuq numri tal-emerġenza 112 u 119

Kollox lura għan-normal

ritratt arkivji
ritratt arkivji

Aġġornament

Għadna kif ġejna informati li t-tekniċi solvew il-problema u l-linji tal-Emerġenza 112 u 119 kif ukoll il-linja tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija issa reġgħu lura għan-normal.

iktar kmieni...

Bħalissa għaddejja ħidma intensiva minn tekniċi, fosthom dawk tal-kumpanija GO, biex il-linji tal-Emerġenza kemm il-112 kif ukoll il-119 jerġgħu jiġu għan-normal wara li għal dan l-aħħar ħin kienu weqfin.

Jidher li l-ħsara mhix biss fuq dawn iż-żewġ numri iżda wkoll fuq linji oħrajn tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Sakemm lestejna dan l-artiklu t-tekniċi kienu għadhom qed jaraw xi kkawża l-ħsara.

More in Socjali