[FILMAT] Vox pop minn Shout f'The Point tas-Sliema

Romina Cuschieri avukat u kaċċatur li tirrapreżenta lill-FKNK qalet li l-Miżieb għandu jitgawda mill-familji kollha, anke dawk tal-kaċċaturi fil-ħin li l-kaċċa mhix permessa.

 

 

Il-kampanja SHout tal-Le kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa ħarġu filmat li juri membri tal-pubbliku jgħidu r-raġunijiet tagħhom għaliex se jivvutaw LE għal kaċċa fir-rebbiegħa. 

Dan il-vox pop sar is-Sibt f'Tigne Point bil-maġġoranza tgħid li se tivvota kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Kien hemm min qal li jibża' li mhux se jibqa' summien u gamiem x'toqtol iżjed u ħafna urew tħassib li ma jistgħux igawdu l-kampanja fir-rebbiegħa flimkien mal-familji tagħhom.

Romina Tolu li hi l-ko-ordinatur ta' din il-kampanja qalet li waqt li kienu qed jiffilmjaw nies jitkellmu kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa bdew jieqfu oħrajn u jgħidu li anke huma se jivvutaw LE.

Sadattant dalgħodu numru ta’ kaċċaturi u membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) nġabru fir-riserva tal-Miżieb biex inaddfu il-post. Waqt din l-attività tkellmet ukoll Romina Cuschieri li hija avukat u kaċċatur. Hi saħqet li l-FKNK għandha ftehim biex tuża din ir-riserva għall-kaċċa li jmur lura għall-1986. Hi saħqet li l-kaċċa fir-rebbiegħa li fi kliem Cuschieri din hi biss għal 20 nofs ta’ nhar fis-sena. Qalet li l-familji tal-kaċċaturi huma wkoll nies li għandhom igawdu minn din ir-riserva.  Barra minn hekk il-poplu jista' jgawdiha fil-ħin li l-kaċċa mhux permessa. 

 

More in Socjali