Il-Papa Franġisku kkundanna l-qtil tal-21 Eġizzjan kopti mill-ISIS, hekk kif qatgħulhom rashom. Il-Papa kompla billi qal li l-Kristjani kollha "kemm dawk Kattoliċi, Ortodossi, Kopti jew Luterani" huma kollha tal-istess fidi. Dan filwaqt li qal li dawk maqtula huma marti, hekk kif l-aħħar kelmiet tagħhom kienu "Ġesù, għinna!"
Dan il-kliem il-Papa qalu wara li kellu laqgħa ma' xi rappreżentanti tal-Knisja Skoċċiża fil-Vatikan. Il-kliem tal-papa wasal ukoll wara li kien hemm xi rapporti minn mezzi tax-xandir lokali li 35 Eġizzjan ieħor ġew maħtufa fiż-żoni Libjani li huma kkontrollati mill-militanti tal-Istat Islamiku u l-ISIS.
Dan il-ħtif wasal wara li l-Eġittu ħalfet li tpattieha lill-militanti tal-Istat Iżlamiku permezz ta' air strikes li qed jingħad li qatlu minn tal-inqas 50 persuna.
Il-Papa kompla billi esprima d-dispjaċir kbir tiegħu għal dak li ġara, fejn qal li dawn in-nies inqatlu sempliċiment għaliex huma Kristjani.
Il-Papa Franġisku temm billi qal li "demmhom huwa x-xhieda tagħhom fi Kristu."