Diskussjonijiet bejn Malta u l-Italja dwar il-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, f'laqgħa mal-Ministru Taljan Paolo Gentiloni

Il-Ministri waqt il-laqgħa
Il-Ministri waqt il-laqgħa

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti George Vella, illum attenda laqgħat mal-Ministru Taljan Paolo Gentiloni f'Ruma. Hemmhekk, huma ddiskutew l-aħħar żviluppi fil-Libja. Kif ukoll is-sitwazzjoni li tista' tiżviluppa iktar 'il quddiem.

Skont stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar din il-laqgħa, intqal li "l-fenomenu tal-firxa tal-giħadisti tal-ISIS kif ukoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni kienu punti importanti li ġew diskussi."

Skont l-istess stqarrija, iż-żewġ ministri qablu li s-sitwazzjoni teħtieġ li tiġi ssorveljata u wrew it-tama tagħhom li l-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, Bernardino Leon iwassal biex in-naħat konċernati fil-Linja jingħaqdu biex jaslu għal paċi u stabbiltà u sigurtà taħt it-tmexxija ta' Gvern nazzjonali magħqud."

Il-ministri qablu li jżommu kuntatt kontinwu u jaħdmu flimkien sabiex joħolqu kuxjenza ikbar mal-UE dwar il-problema fil-Libja.

More in Socjali