Għada, bħala l-Erbgħa tal-Irmied u l-bidu reliġjus ta' żmien ir-Randan, l-Amministratur Appostoliku, l-Isqof Charles Scicluna stieden lil saċerdot tal-Knisja Kopta Ortodossa sabiex jieħu sehem miegħu f'pellegrinaġġ.
Il-pellegrinaġġ penitenzjali se jsir fiż-Żejtun u l-istedina waslet bħala turija ta' solidarjetà mal-Kopti Nsara Eġizzjani li nqatlu b'mod makabru fil-Libja.
Fil-messaġġ pastorali għal żmien ir-Randan, l-Isqof Scicluna fakkar fl-obbligu ta' sawm f'jum l-Erbgħa tal-Irmied u ħeġġeġ għat-talb fil-familji waqt li stieden lill-Insara biex jimpenjaw ruħhom biex jaħfru, "għaliex il-maħfra hija l-għajn tal-paċi fis-soċjetà."
Min-naħa tiegħu, il-qassis Abouna Boulos Elsouriany, aċċetta l-istedina tal-Isqof biex jingħaqad f'dan il-pellegrinaġġ.