3,367 inċidenti li jinvolvu l-Arriva

596 minn dawn l-inċidenti kienu jinvolvu l-bendy buses

Fiż-żmien relattivament qasir tal-Arriva bħala operaturi tat-Trasport Pubbliku f'Malta bejn Lulju ta' 2011 u Awwissu tal-2013, il-karozzi tal-linja kienu involuti fi 3,367 inċident tat-traffiku.

Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li Anthony Agius Decelis għamel lill-Ministru tat-Trasport,Joe Mizzi. Ħareġ ukoll li mill-596 inċident li involvew il-bendy buses, il-maġġoranza tagħhom (409) kienu jinvolvu ħabtiet bejn bendy buses u karozzi privati, fejn erbgħa minnhom kienu jinvolvu iktar minn karozza waħda. 

70 mill-ħabtiet kienu bejn bendy buses u tal-linji oħrajn u minn fost dawn l-inċidenti, disa' persuni spiċċaw l-isptar.

F'mistoqsija oħra, il-Ministru Mizzi semma kif 2,771 aċċident kienu jinvolvu tal-linji normali u li minħabba fihom, 50 persuna intbagħtu l-isptar.

 

 

More in Socjali