"Qed inħaddan ix-xjuħija" - Richard Gere

Richard Gere, li tant ġennen nisa warajh illum għandu 65 sena, pensjonant bil-kartanzjan 

Richard Gere ta' 65 sena li qatt ma żeba xagħru
Richard Gere ta' 65 sena li qatt ma żeba xagħru

B'danakollu xorta għadu jiġi mikri mill-produtturi tal-films minħabba s-'sex appeal' tiegħu. Tant li għadu kif ħadem film 'The Second Best Exotic Marigold Hotel' sequel tas-suċċess tal-2012 dwar artristi li xjaħu u li kienu qed igawdu l-irtirar tagħhom f'lukanda stramba fl-Indja.  

Richard Gere fi Pretty Woman
Richard Gere fi Pretty Woman

Għalhekk ingħaqad flimkien ma' Judi Dench u Maggie Smith, it-tnejn għandhom 80 sena, u l-atturi Ingliżi Bill Nighy u Ronald Pickup fil-film dirett minn John Madden, id-direttur rebbieħ tal-Oscar, Shakespeare In Love.

"Ma tistax tkun attur u ma jkollokx sens ta' umoriżmu żagħżugħ. U dan il-cast li jien nippreferi insejħilhom ta' mezz'eta milli xjuħ għandu sens ta' umoriżmu bl-abbundanza fejn konna kapaċi nidħku bina nfusna bħala nies maturi." 

Gere dejjem kien kburi bix-xagħar abjad tiegħu li bih tlaqqam bħala 'silver fox' "qatt f'ħajti ma żbajt xagħri u mhux se niżbgħu issa. L-istess fejn tidħol kirurġija plastika ta' wiċċi. Għaliex għandi nagħmel hekk? Nipprova ma nżidx fil-piż u nżomm ruħi 'fit' u daqshekk. Kultant inħares lejn sħabi l-atturi u ngħid imma kemm hawn minnhom li ma jibżgħux mix-xagħar griż. Għaliex mhux kulħadd bħali kuntent kif nidher illum. Jien niftaħ idejja beraħ u nħaddan ix-xjuħija."

Richard Gere hu Buddist u hu ġellied favur it-Tibet kontra ċ-Ċina, tant li hu ma jistax jidħol iċ-Ċina.

 

More in Socjali