Saċerdot Kattoliku fl-Irlanda ta' Fuq qed jippriedka biex il-kattoliċi joqogħdu attenti milli jippratikaw il-Yoga u jagħmlu l-massaġġi Indjani mar-ras, għax dawn ikunu qed jiftħu l-bibien għal satana u l-anġli ħżiena.
"Il-papa Franġisku qal biex ma nfittxux it-tweġibiet spiritwali fil-klassijiet tal-yoga. Għax Il-Yoga hi riskju spiritwali" qal dan is-saċerdot pjuttost żagħżugħ lil ġurnal Irlandi,"meta tippratika kulturi barra d-dominju kristjan ma tafx liema bibien spiritwali qed tiftaħ."
Fl-2011 Gabriele Amorth, eżorċista fil-Vatikan kien qal li l-Yoga twassal biex tibda temmen fr-reliġjon tal-Hindu u li r-reliġjonijiet tal-Lvant kollha jwasslu għal twemmin falz ta' rijinkarnazzjoni. "Li tippratika l-Yoga hi ritwal sataniku" qal dan lid-Daily telegraph.
Sadattant il-Hindus qed jitolbu lil Papa Franġisku biex jiddisxiplinaw lil dan is-saċerdot Irlandiż Father Reverend Roland Colhoun, f'Waterside Parish of Roman Catholic Diocese of Derry fl-Iralnda ta' Fuq.
Rajan Zed li hu statista tal-Hindu, fi stqarrija qal li tant hemm beneefiċċji fil-yoga li għandha tiġi prattikata u mgħallma fl-iskejjel għax il-yoga twassal għal direzzjoni pożittiva. L-istituti tas-saħħa Amerikani anzi jgħidu li l-yoga tgħinek tkun aktar flessibbli, ittejjeb il-mod kif tpoġġi lilek innifsek, tieħu nifs aħjar u tneħħi l-istress.
Zed, li hu l-President of Universal Society tal-Hindu, qal li l-yoga għalkemm l-yoga ġiet intordotta mill-Hindu hi wirt dinji li jista jużaha kulħadd. Hi dixxiplina mentali u fiżika li kulħadd jiesta jieħu l-benefiċċju minnha fejn ilha tiġi prattikata skont traċċi li nstabu aktar minn 2,000 sena QK miċ-ċivilizazzjoni tal-Indus Valley.