Inawgurat mill-ġdid il-bini tal-Għajn tal-Ħasselin

Proġett tal-Kunsill Lokali Għajnsielem

Proġett tal-Kunsill Lokali Għajnsielem
Proġett tal-Kunsill Lokali Għajnsielem

Dalgħodu ġie inawgurat il-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin. Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem ibbenefika mill-għajnuna massima ta’ €70,000 mit-tieni skema ta’ eko-Għawdex għall-Kunsilli Lokali Għawdxin. Din l-iskema ġiet imnedija bl-għan li tinvolvi l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi fit-twettiq tal-proġett eko-Għawdex, speċifikament b’miżuri mill-Pjan ta’ Azzjoni 2010-2012. 
 
Dan il-proġett, li għadu kif ġie konkluż, kien jinkludi l-bini mill-ġdid tal-Għajn tal-Ħasselin, tindif ta’ parti minn Wied Simirat u xiri ta’ eko-trakk. Ix-xogħlijiet fil-wied tlestew f’Ġunju tal-2013 u qed jissarrfu f’ħażna akbar ta’ ilma tax-xita waqt li ġiet eliminata il-problema tal-għargħar għal dawk ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi. Issa tlestew ukoll ix-xogħlijiet fuq l-Għajn tal-Ħasselin, l-għajn li tat l-isem lill-istess raħal.

More in Socjali