L-Amministratur Appostoliku Charles Scicluna mistennii jinħatar Arċisqof ta' Malta sa tmiem din il-ġimgħa.
Sorsi qrib il-Kurja qalu kif l-Isqof Scicluna li kien qed jaqdi d-dmirijiet ta' Arċisqof sa minn meta rreżenja l-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona, mistenni jieħu postu.
Sorsi tal-gazzetta ILLUM qalu l-aħbar tat-tħabbira uffiċjali għandha tkun nhar il-Ġimgħa f'nofsinhar. Il-knejjes madwar Malta u Għawdex huma infurmati diġà sabiex idoqqu l-qniepen f'dan il-ħin.