Blogger Amerikan maqtul fil-Bangladesh

Blogger ateu jinqatel wara li pprova jbiddel il-mod ta' kif jiġi kkritikat l-Iżlam

Avijit Roy
Avijit Roy

Blogger prominenti Amerikan, li oriġinarjament huwa mill-Bangladesh ġie maqtul brutalment b'machetes, nhar il-Ħamis f'Dhaka. Il-familja tal-blogger qalet li kien ilu jirċievi ammont ta' theddid minn Iżlamisti.

Ġisem il-blogger instab miksi bid-demm wara l-attakk li ħalla lil martu ssoffri minn diversi ġrieħi. Avijit Roy huwa l-fundatur tal-blogg Mukto-Mona li jfisser 'Free Mind', li jikteb favur is-sekularizazzjoni, f'pajjiż li għandu maġġoranza Musulmana.

Il-koppja kienet sejra lura d-dar minn fiera tal-kotba meta ġew aggrediti minn żewġ persuni li waqqfuhom u kaxkruhom għall-ġenb tat-triq, qabel ma attakkawhom bil-machetes.
Roy huwa t-tieni blogger mill-Bangladesh li nqatel tul dawn l-aħħar sentejn u r-raba' kittieb li ġie attakkat mill-2004 'l hawn.
Police have launched a probe and recovered the machetes used in the attack but could not confirm whether Islamists were behind the incident.

More in Socjali