6,746 kaċċatur ma rrappurtaw l-ebda summiena jew gamiema maqbuda fil-ħarifa
Skont rapport tal-gvern dwar migrazzjoni ta' summien u gamiem
More in Socjali
Skont rapport tal-gvern dwar migrazzjoni ta' summien u gamiem
Il-gvern ippublika r-rapport tal-istudju migratorju tas-summien u gamiem u d-data tat-tjur maqbuda (ikkaċċjati) fil-ħarifa.
Is-segretarjat parlamentari għal Agrikoltura, Sajd u drittijiet tal-annimali qed jippublika r-rapport ta' studju xjentifiku indipendenti tal-influss migratorju tas-summien u gamiem matul Settembru u Ottubru li għadda.
L-istudju juri li madwar 7,958 gamiema u 45,683 summiena għaddew minn fuq Malta matul Settembru u Ottubru. Matul tliet ġimgħat f'April tas-sena li għaddiet għaddew 24,922 gamiema u 37,773 summiena li ġew osservati. Dan jindika li l-influss matul ir-Rebbiegħa hu akbar minn dak tal-Ħarifa.
Skont id-data ta' Carnet de Chasse li analizzaw il-Unit tal-Wild Birds regulation, madwar 2,480 gamiema u 1,688 summiena ġew rappurtati ikkaċċjati matul l-istaġun tal-ħarifa li għaddiet. 6.746 kaċċatur minn 10,811 liċenzjati ma rrapurtaw l-ebda kaċċa fuq summien jew gamiem matul il-Ħarifa.
Il-qbdi kien inqas mis-snin ta' qabel minħabba li l-migrazzjoni tat-tjur ma kinitx qawwija daqs qabel u anke għal fatt li bejn l-20 ta' Settembru u l-11 ta' Ottubru il-kaċċa kienet ġiet sospiża mill-gvern.