Fl-2014, 80.7% tad-djar f'Malta u Għawdex kellhom aċċess għall-internet. L-ammont ta' persuni li jużaw l-internet regolarment laħaq il-239,225 persuna li jammontaw għal madwar 73% tal-popolazzjoni li għandha bejn 16 u 74 sena.
Fi statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjoanli tal-Istatistika ħareġ li meta mqabbel mas-sena ta' qabel, l-aċċess għall-internet fid-djar żdied b'1.9% meta mqabbel mas-sena ta' qabel.
Mill-istess statistika, ħareġ ukoll li residenzi li fihom joqogħdu xi tfal, kellhom ċans akbar li jkollhom aċċess għall-internet. Dan filwaqt li ftit aktar min-nofs ir-residenzi li fihom joqgħod adult wieħed mingħajr tfal, kellhom l-internet fid-dar.
L-akbar numru ta' residenzi li kellhom l-internet kienu jinsabu fin-naħa tal-Punent ta' Malta (87.5%) waqt li l-anqas ammont ġie rreġistrat fin-naħa t'isfel ta' Malta (74.8%) kif jidher fit-tabella.
L-akbar persentaġġ ta' nies li jużaw l-internet ġie rreġistrat fil-persuni ta' bejn is-16 u l-24 sena, waqt li l-persuni ta' bejn il-65 u l-74 sena kienu l-anqas li jużaw l-internet. Matul l-istess sena, 69.7% ta' dawk li jużaw l-internet, ghamlu użu wkoll mill-internet fuq il-mobile tagħhom.
Fejn għandhom x'jaqsmu servizzi tal-Gvern, kien hemm żieda fl-użu fil-maġġoranza tal-etajiet.