Għażel li jmut wara li jsellem lit-tim tiegħu
You'll Never Walk Alone Lorre
More in Socjali
You'll Never Walk Alone Lorre
Partitarju tal-futbol Belġjan kellu appuntament biex jieħu injezzjoni letali wara li għażel li jmut taħt il-liġi tal-ewtanasja minħabba l-marda terminali li kellu. Iżda iddeċieda li jtawwal mewtu b’ġurnata u qabel imut ried imur jara għall-aħħar darba lit-team tiegħu Brugges jirbaħ.
Lorenzo Schoonbaert ta’ 41 sena mar l-istadium nhar il-Ħadd ġurnata qabel miet biex jarahom jilagġbu kontra Moeskroen flimkien ma’ bintu ta’ seba snin, Dina u kien hu li saffar il-bidu tal-partita.
Schoonbert li hu mlaqqam bħala Lorre għaddha minn 37 operazzjoni għalxejn fl-aħħar 20 sena u taħt il-liġi tal-ewtanasja fil-Belġju kellu dritt jagħżel li jmut b'injezzjoni letali mogħtija mit-tobba
Id-data oriġinali kellha tkun il-Ħadd iżda hu xtaq jara lit-tim ta’ qalbu jirbaħ qabel imut. Fil-ground kien hemm 20,000 partitarju li ħarġu banner bil-kitba ‘You Never Walk Alone Lorre’ Fejn mill-VIP raha lit-team tiegħu jirbaħ bli skor ta’ 3-0. Wara bid-dmugfħ f’għajnejh sellem lil club li tant kien iħobb. “Il-ħolma tiegħi twettqet, issa nista mmut fil-paċi.”