L-easyjet jilħqu ż-żewġ miljun passiġġier

"Il-mira tagħna hi li nżidu l-konnettività tal-linja tal-ajru fix-xhur tax-xitwa"

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li Malta hija konxja tal-fatt li relazzjoni pożittiva ma' linji tal-ajru differenti tagħti l-frott fejn għandha x'taqsam il-prestazzjoni tad-destinazzjoni fit-tul.
 
Malta bdiet taħdem fuq strateġija biex jiżdiedu r-rotot tal-linji tal-ajru minn madwar 45 fl-2006 għal aktar minn 90 din is-sena. "Ir-riżultati kienu impressjonanti, kemm bħala ammont ta' turisti, iljieli li qattgħu hawn u kemm nefqu, żdiedu kull sena," kompla jgħid il-ministru.
 
Easyjet u l-Awtorità Maltija għat-turiżmu (MTA) bdew jahdmu flimkien fuq attivitajiet differenti immirati sabiex jiżdiedu r-rotot u jiġu sostnuti dawk disponibbli preżentement. Dawn l-attivitajiet relatati mal-marketing jestendu mat-tnax-il xahar. L-MTA tinkludi wkoll lill-Easyjet fil-kampanja pubbliċitarja, bil-għan li tiġi rreklamata Malta u s-servizzi tal-linja tal-ajru lejn Malta.

 "Huwa ta' pjaċir kbir li ninsabu hawn biex inħabbru li waslu Malta żewġ miljun passiġġier permezz tal-Easyjet. Din hija kisba importanti meta tqis li Easyjet ilha topera f'Malta mill-2008 biss u bdew jespandu b'mod organiku kemm fin-numru ta' servizzi u postijiet milħuqa."

Il-Ministru tat-Turiżmu jawgura li dan is-suċċess jitkompla u tkompli titġi sostnuta r-relazzjoni bejn Easyjet u Malta, waqt li jittama li jkun hemm aktar kisbiet ta' dan it-tip fil-futur.

More in Socjali