"L-ewwel u qabel kollox, huwa fid-dmir tal-familji ta' tfal li jafu jkunu aktar vulnerabbli li jipproteġuhom minn dawn iċ-ċuċati". Boris Johnson, is-Sindku ta' Londra jargumenta li l-ġenituri huma responabbli jekk uliedhom jingħaqdu mal-ISIS fl-Ilvant Nofsani. Dan qalu f'intervista li saritlu fuq LBC Radio.
Dan l-aħħar l-aħbarijiet kienu qed jirrapurtaw li tliet studenti bniet telqu minn darhom fl-Ilvant ta' Londra u irħewlha lejn Raqqa sabiex jingħaqdu mal-ISIS. Iżda l-ġenituri ta' Shamima Begum, Kadiza Sultana u Amira Abase, dawn it-tliet ibniet, talbu apoloġija pubblika mill-pulizija metropolitana dawn tal-aħħar ħarġu dikjarazzjoni qarrieqa - liema dikjarazzjoni ġiet irtirata ftit sigħat wara li saret.
Johnson saħaq li l-ġenituri jridu jkunu aktar ddixxiplinati ma' wliedhom - "Jekk uliedek qed jidħlu fuq l-internet u jaqraw iċ-ċuċati fuq kif tista' tieħu tant gost jekk tiġi radikalizzat u jekk tmur is-Sirja, mela naħseb li għandek ssib soluzzjoni bħala ġenitur" tenna Johnson.
Din mhix l-ewwel darba li s-Sindku ta' Londra kkummenta dwar l-ISIS. Aktar kmieni din is-sena, Boris Johnson iddeskriva lil jihadis bħala, fost l-oħrajn, ossessjonati bil-pornografija. Qal li "jħossuhom falliment u li jħossu li d-dinja hija kollha kontrihom". Huwa kien saħaq li "la mhux jirnexxielhom mat-tfajliet, iduru għal xi tip ta' wens spiritwali - li ovvjament m'hu wens xejn"