15% tal-enerġija kkonsmata fl-Unjoni Ewropea kienet ġejja minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu. Din il-figura hija aktar mid-doppju tal-figura għall-2004, s-sena li fiha bdiet tiġi rreġistrata din it-tip ta' informazzjoni - hekk kif fl-2004 din il-figura kienet ta' 8.3%.
Dawn il-figuri jagħmlu parti mill-indikaturi għall-istrategija Europa 2020. L-għan huwa li l-UE jkollha 20% tal-enerġija tagħha minn sorsi li jiġġeddu sas-sena 2020. Kull pajjiż għandu imbagħad għan għalih - li jiddependi, fost l-oħrajn, mill-potenzjal tal-enerġija kif ukoll tal-prestazzjoni ekonomika.
Mill-2004, is-sorsi li ta' enerġija li jiġġeddu kiber fil-pajjiżi kollha tal-UE. L-Iżvezja tinstab fil-quċċata tal-lista, b'figura ta 52.1%, u warajha hemm il-Latvja, Il-Fillandja u l-Awstrija. Min-naħa l-oħra imbagħad hemm il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda u l-Ingilterra li huma dawk il-pajjiżi tal-UE li l-anqas li jużaw sorsi tal-enerġija li jiġġeddu.
Hemm ukoll tlieta mill-pajjiżi tal-UE li rnexxielhom jilħqu l-għan nazzjonali tal-2020 - il-Bulgarija, l-Estonja u l-Iżvezzja. Il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Italja fadlilhom biss inqas minn 0.5% sabiex jilħqu l-għan nazzjonali tagħhom. L-Ingilterra, l-Olanda, Franza u l-Irlanda huma dawk il-pajjiżi li jinstabu l-iżjed 'il bogħod mill-għanijiet tal-2020.