Il-poplu se jiddeċiedi, mhux kumitat iddominat mill-kaċċaturi - SHout

SHout qalu li d-deċiżjoni dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa għandha tkun fir-referendum u mhux f'idejn l-Ornis

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

F'konferenza stampa li saret quddiem il-bini tal-MEPA fil-Furjana, kelliema ta' SHout, Spring Hunting Out, Moira Delia u Saviour Balzan sammru avviż li jgħid notification for an indecent proposal - notifikazzjoni għal proposta indiċenti - bi tweġiba ta' dak li ħareġ mil-laqgħa tal-Kumitat Ornis il-lejl li għadda fejn ivvota favur il-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa f'April 2015.

Kelliem għax-SHout Saviour Balzan, qal "Il-kumitat Ornis hu ddominat minn persuni li jissimpatizzaw mal-kaċċa, b'hekk mhu tal-ebda sorpriża li, minkejja li kienu preżentati b'evidenza kbira għala l-kaċċa m'għandhiex tkun aċċettata f'Malta, huma approvaw l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Balzan żied jgħid, "Id-deċiżjoni ttieħdet minkejja li hawn referendum fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa fil-11 t'April. Din id-deċiżjoni turi kif għal darb'oħra l-lobby tal-kaċċaturi bbuljaw l-istituzzjonijiet Maltin, kif għamlu tul is-snin biex jieħdu dak li jridu. Hu appuntu għalhekk li l-vot 'LE' hu daqstant importanti."

B'reazzjoni għal din id-deċiżjoni meħuda mill-Kumitat Ornis, li jorganizzaw il-laqgħat tagħhom fil-bini tal-MEPA, il-kelliema tax-SHout, Moira Delia qalet "Ir-referendum hu proċess demokratiku fejn in-nies jistgħu jiddeċiedu dwar il-futur tal-kaċċa fir-rebbiegħa f'Malta. Dak li wettqu l-Kumitat Ornis imur kontra dak kollu li hu demokratiku fejn huma qabdu jassumu x'se tkun id-deċiżjoni mill-votanti Maltin."

Hekk kif sammru l-avviż notification for an indecent proposal, Delia qalet, "Il-permess fuq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għadu ma nħariġx sakemm il-poplu jiddeċiedi fil-11 ta' April. Vot 'LE' jiżgura li dan ma jerġax isseħħ fl-2015 u qatt iktar."

More in Socjali