L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Liġi (ELSA Malta) nehdiet app ta' traduzzjoni ta' termini legali - mill-Malti għall-Ingliż u mill-Ingliz għall-Malti.
It-tnedija tal-app saret fl-Universita’ ta’ Malta mill-President ta’ ELSA Malta Deo Falzon u l-Viċi-President għall-Attivitajiet Akkademiċi ta’ ELSA Malta James Debono. Falzon saħaq li din l-app ħa timla' l-vojt li ilu jinħass għal numru ta' snin, wara li l-ELSA għarfet li l-era diġitali tista' twassal għall-bosta opportunitajiet. James Debono spjega li x-xogħol fuq dan il-progett ilu jsir għal dawn l-aħħar numru ta’ xhur, bl-involviment wkoll grupp ta’ studenti biex jgħinu fil-ħolqien ta’ din l-app li tinkludi ‘l fuq minn 1,000 kelma.
L-app għandha l-għan li tgħin lill-istudenti tal-liġi fid-dinja akkademika; kif ukoll biex tiffaċilita’ traduzzjonijiet meħtieġa fl-industrija tal-kamp legali. L-app tista’ titniżżel mill-platforms kollha (Google Play u Apple App Store) u tista’ tinkiseb mingħajr ħlas.