It-Tobba sud Afrikani ikkonfermaw li rnexxielhom jagħmlu l-ewwel trapjant li qatt sar fid-dinja tal-Peni (l-organu sesswali tar-raġel), tliet xhur wara l-operazzjoni.
Iż-żagħżugħ ta' 21 sena kellu l-peni mneħħi tliet snin ilu meta ċerimonja ta' ċirkumċizzjoni tradizzjonali fil-villaġġ tiegħu marret ħażin. Issa wara tliet snin f'operazzjoni li ħadet disa sigħat ingħata peni ieħor minn donatur mejjet. "Urejna lid-dinja li dan jista jsir li nistgħu nagħtu organu li jkun jaħdem u tajjeb daqs dak li kellu."
Għaddew tliet xhur mill-operazzjoni u issa hu konfermat li l-pazjent ġie rikoverat għal kollox fejn bl-organu l-ġdid jista' jgħaddi l-urina u jużah anke għal attivita sesswali.
Fl-2006 Ċiniż kienet sarlu trapjant iżda kellhom ineħħuhulu wara ġimgħatejn minħabba li kien hemm problemi psikoloġiċi bejnu u martu.