L-Ingress solenni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Iċ-ċerimonja tal-ingress tal-Arċisqof il-ġdid
minn Veronica Lynn Mizzi
Il-Monsinjur Charles J. Scicluna jingħata l-pussess tal-knisja Maltija billi jinħatar uffiċjalment bħala Arċisqof ta' Malta permezz tal-ingress solenni.
13.20pm: Fl-ewwel kummenti li ta l-Arċisqof Scicluna lill-mezzi tax-xandir, sellem lill-anzjani u l-morda waqt li esprima l-ferħ tiegħu li l-Mulej ghażlu biex imexxi l-Knisja f'Malta
13.16pm: Mons. Scicluna jippreżenta bukkett fjuri lil ommu Carmela u iehor lill-President, Marie Louise Coleiro Preca
13.09pm: Tiġi fi tmiemha ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa pontifikali li fiha rat lil Mons. Scicluna jieħu l-pussess tat-tmexxija tal-Knisja Maltija
13.02pm: Mons. Scicluna jagħmel messaġġ ta' ringrazzjament lil dawk kollha li kienu involuti fiċ-ċelebrazzjoni, waqt li ppreżenta rigal tal-okkażjoni lin-Nunzju Appostoliku
12.57pm: Il-quddiesa pontifikali tasal lejn l-aħħar partijiet tagħha, fit-tqarbin,
12.19pm: Tintemm il-liturgija tal-kelma u jittellgħu l-offerti mill-membri tal-familja tal-Arċisqof, fosthom ommu u missieru
12.14pm: Tiġi fi tmiema l-omelija u jibdew jinqraw it-talbiet tal-fidili li jinqraw min-neputijiet tal-Arċisqof il-ġdid, Dr Ruth Farrugia li hi d-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà u Lino Sultana li hu r-responsabbli mill-Mixja Neokatekumenali
12.13pm: L-Arċisqof il-ġdid jirringrazzja bosta entitajiet reliġjużi li jaħdmu ħafna, fosthom il-katekisti u l-lajċi
12.08pm: "Grazzi Mulej talli f'dan il-ministeru eppiskopali li afdajtli, ma ħallejtnix waħdi imma tajtni għajnuna xierqa." l-Omerilja tal-Mons. Scicluna
12.03pm: Tibda l-omelija ta' Mons. Charles J. Scicluna li hil-ewwel waħda tiegħu bħala l-Arċisqof tal-Knisja Maltija
11.49am: It-tieni qar jinqara mis-Sur Natalino Camilleri, Superjur Ġenerali tal-M.U.S.E.U.M.
11.46am: Tibda l-liturġija tal-kelma. L-ewwel qari jinqara mis-Sinjorina Sylvia Riolo, is-segretarja ta’ Monsinjur Arċisqof
11.41am: Titkanta t-talba tal-Glorja fejn qed issir eċċezzjoni għal dan minħabba li ninsabu fi żmien ir-Randan
11.40am: L-Arċisqof il-ġdid, imur isellem lill-President u l-Prim Ministru fost awtoritajiet oħrajn
11.38: L-Arċisqof Scicluna, jingħata tislima minn bosta entitajiet fosthom, residenti tad-Dar tal-Providenza, il-familja tal-Ispettur Geoffrey Azzopardi miż-Żurrieq li kienu vittma ta' attakk fuq darhom, li jirrapreżentaw il-familja Maltija
11.35: Jinqara d-diskors ta' Merħba mill-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani Dun Gordon Refalo
11.34: In-Nunzju Appostoliku jistieden lill-Arċisqof il-ġdid sabiex jieħu postu fuq il-katedra, bħala simbolu ta' tmexxija tal-knisja
11.30am: L-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona, jaqra messaġġ ta' ringrazzjament
11.24am: Tinqara t-traduzzjoni tad-digriet bil-Malti minn Dun joe Galea Curmi li mistenni jinħatar Vigarju ġenerali
11.17am: Tibda ċ-ċelebrazzjoni bil-qari tad-digriet tal-Papa Franġisku mill-Mons. Lawrence Gatt, kanċillier tal-Kurja
11.15am: Il-Quddiesa Pontifikali se tkun konċelebrata mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech, , Nunzju Appostoliku Arċisqof Aldo Cavalli, l-Isqof Emeritu ta' Malta Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof ta' Għawdex Mons. Isqof Mario Grech, Mons. Arċisqof Paul Gallagher, Segretarju għar-Relazzjoni mal-Istati, fis-Segreterija tal-Istat tas-Santa Sede Mons. Arċisqof Filippo Iannone mid-Djoċesi ta' Ruma
11.10am: Tibda l-purċissjoni mis-seminaristi li twassal għall-altar fejn Mons. Scicluna jkun akkumpnjat min-Nunzju appostoliku, Mons. Aldo Cavalli fost knisja mimlija b'persuni fi tmezzija tas-soċjetà ċivili
10.55am: Flimkien mal-membri tal-kapitlu Metropolitan, Mons. Scicluna jimxi lejn is-sagristija tal-Katidral, waqt li jsellem in-nies preżenti għaċ-ċerimonja fil-Katidral. Preżenti fil-Katidral, l-Imam, fejn saret tislima bejn iż-żewġ kapijiet tal-knejjes
10.48am: L-Arċisqof elett jasal quddiem il-Katidral tal-Imdina, flimkien mal-kapitlu metropolitan. Hawnhekk, se jindaqq l-innu pontifiċju. Fuq iz-zuntier, Mons. Scicluna se jiġi ppreżentat bil-kurċifiss mill-Arċidjaknu u l-ilma imbierek mill-Arċipriet, Dun Anton Cassar. Waqra dan, jkun hemm mument ta' talb fil-Katidral u wara jinqara d-digriet mill-Papa Franġisku, li jaħtar uffiċjalment lil Mons. Scicluna bħala Arċisqof ta' Malta
10.40am: Mons. Scicluna, f'laqgħa mas-Sorijiet tal-Benedittini, li ma kinetx parti mill-programm fl-Imdina
10.33am: Quddiem il-Kappella ta' Sant' Agata fl-Imdina, l-Arċisqof elett jiltaqa' ma' rapreżentanza Ekumenika u Inter-Reliġjuża, waqt li jkun fi triqtu lejn il-Katidral tal-Imdina għall-quddiesa pontifikali. Fl-istess waqt, il-Katidral diġà beda jimtela' ġmielu waqt li l-positijiet ta' quddiem il-Katidral huma lesti jilqgħu n-nies li ma jkollhomx post fost it-800 siġġu li jesa' l-Katidral
10.18am: Jibda jitlaq il-korteo mill-Knisja ta' San Mark, lejn l-ewwel waqfa fl-Imdina fejn mistenni jintlaqa' mis-Sindku u l-kunsilliera tal-Imdina biswit il-bieb tal-Imdina
10.13am: Jitkanta l-innu tal-Veni Creator fil-knisja, mimlija fil-kappillani tal-parroċċi.
10.10am: Il-Knisja tal-Agostinjani ta' San Mark, hija l-aħħar waqfa fir-Rabat. Hawnhekk jistennew biex jilqugħ il-Pirjol tal-Komunità Agostinjana u l-komunità tal-patrijiet. Fil-knisja jintlaqa’ mill-Kappillani tal-parroċċi kollha.
10.05am: Matul it-triq mill-Knisja Ta' Ġieżu lejn il-Knisja ta' San mark, Mons. Scicluna mexa tul it-toroq fejn kienu qed jistennewh bosta nies. Qabel ma daħal fil-Knisja ta' San Mark, l-Isqod Scicluna ingħata ħamiema bajda sabiex itajjarha, bħala simbolu ta' paċi
10.00am: Mill-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, Ta' Ġieżu, il-korteo jkompli miexi sabiex jasal fil-waqfa li jmiss, li hija l-Knisa ta' San Mark.
9.51am: Fl-oratorju ta' San gużepp tal-Knisja Ta' Ġieżu, jsir xi talb minn Mons. Scicluna quddiem ix-xbieha ta' San Ġużepp
9.49am: Fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, f'laqgħa sabiħa mill-kongregazzjoni, Mons. Scicluna inghata diversi rigali tal-okkażjoni
9.43am: Jasal Mons. Scicluna fil-waqfa li jmiss, il-Knista ta' Santa Marija ta' Ġesù, magħrufa bħala Ta' Ġieżu. Hawnhekk, l-Arċisqof elett jiġi milqugħ mill-Patri Gwardjan u l-komunità tal-patrijiet Franġiskani Minuri, u r-Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp.
9.33am: Il-korteo jkompli bi triqtu u jitlaq mill-Knisja ta' San Pawl u jibda miexi lejn il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, Ta' Ġieżu.
9.30: Hawnhekk, Mons. Scicluna gie milqugħ mis-sindku tal-lokal. Jingħad ukoll il-Kredu u xi talb fil-grotta ta' San Pawl.
9.25am: Il-vjaġġ jasal fil-Knisja ta' San Pawl fejn jiġi milqugħ mill-baned Konti Ruġġieru u L'Isle Adam fil-pjazza ta' quddiem il-knisja ta' San Pawl, fejn gie milqugħ minn ġemgħa żgħira ta' nies.
9.15am: L-Arċisqof elett għadu kemm temm ġabra ta' talb fil-qosor quddiem il-Madonna tal-Għar fir-Rabat, flimkien mal-Arċisqof emeritus Mons. Pawl Cremona. Mill-Knisja ta' San Duminku, Mons. Scicluna jkompli bi triqtu lejn il-waqfa li jmiss li hi l-Knisja ta' San Pawl fir-Rabat
9.03am: Mons. Scicluna jasal fil-Knisja u l-kunvent ta' San Duminku fejn hemm ġemgħa ta' nies miġbura, jistennew sabiex jagħtuh merħba. Hawnhekk mistenni jiltaqa' mal-Arċisqof emeritu, Mons. Pawl Cremona u flimkien jinżlu fil-kappella tal-Madonna tal-Għar fejn isir xi talb.
Il-programm għall-Mons. Scicluna beda fit-8.15am fejn telaq minn pajjiżu, Ħal-Lija. Minn hemm beda triqtu għall-ewwel waqfa tiegħu fir-Rabat, fis-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa. Hemmhekk, intlaqa' mill-gwardjan u l-patrijiet, fejn mexxa xi talb waqt li ltaqa' ma' bosta morda.