Żieda ta' 5.9% fin-numru ta' turisti li waslu Malta

Irrapurtat tnaqqis fil-wasliet f'Għawdex

L-amont totali tat-turisti li waslu Malta matul ix-xahar ta' Jannar kien 5.9% aktar milli dak irreġistrat f'Jannar tas-sena ta' qabel. Fl-istess waqt, l-ammont ta' ljieli li qattgħu fi stabbilimenti ta' akkomodazzjoni żdiedu b'7% fuq Jannar tal-2014.

F'Jannar tal-2015, in-numru totali ta' dawk li waslu Malta u qagħdu fi stabbilimenti tal-akkomodazzjoni qabżu l-71,199 persuna waqt li l-ammont ta' ljieli li qattgħu hawn kienu ta' 401,831. Kull tip ta' akkomodazzjoni rat żieda fl-iljiela li qattgħu fihom in-nies minbarra il-lukandi ta' ħames u tlett stilel.

Dan ħareġ minn statistika ppubblikata mill-NSO.

L-akbar numru ta' ljieli li qattgħu l-viżitaturi gie registrat fil-lukandi ta' 4 stilel li jammontaw għal 213,711-il lejl jew 53.2% tat-total tal-iljieli kollha.

In-numru ta' wasliet u l-iljieli li tqattgħu f'Għawdex u Kemmuna naqsu bi 23.3% u 26.5% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

More in Socjali