L-Arċisqof Charles J. Scicluna lbierah filghaxija mexxa ċelebrazzjoni fil-Konkatidral ta’ San Gwann fejn matulha saret it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej.
Matul il-Quddiesa, fuq l-ezempju ta’ Gesù, l-Arċisqof Scicluna ħasel riġlejn numru ta’ rġiel, u ta’ mara. Kienet ix-xewqa tal-Arċisqof li jiġu mistiedna persuni bil-familji tagħhom, liema familji jaghtu xi tip ta’ servizz fil-komunità.
Fost il-mistedna kien hemm ukoll il-Ministru Carmelo Abela u d-Deputat Nazzjonalista David Agius. Kien hemm ukoll mara ta’ nazzjonalità barranija li waqt il-ħasil tar-riġlejn talbet barka speċjali mingħand l-Arċisqof, li l-laqa’ bil-ferħ it-talba tagħha u ħaslilha riġlejha.