Twieled tifel maqbud f’ġisem ta’ tifla
Induna li hu tifel u mhux tifla
More in Socjali
Induna li hu tifel u mhux tifla
Alex Mangion twieled fir-Rumanija bħala tifla fl-1 ta’ April 1990. Ta’ sena ġie adottat mill-koppja Mangion minn Ħ’Attard. Iggradwa fin-Negozju u l-Kummerċ u jaħdem bħala direttur maniġerjali mal-kumpanija tal-familja. Sena ilu daħal fil-forum tal-PN fil-grupp tal-FOI (Forum Opportunitajiet Indaqs) li hu forum dwar orjentazzjoni sesswali. Alex hu transgender u jqis ruħu bħala raġel. Qed jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’isem il-PN fuq il-lokalità ta’ Ħ’Attard.
L-ILLUM iltaqgħet ma’ Alex Mangion, li f’din l-intervista rrakkonta minn dak li għaddha minnu, għaliex daħal fil-politika u fejn irid jasal fil-qasam politiku.
Alex beda biex jgħidli kif u meta nduna li hu tifel u mhux tifla. “Minn dejjem ħassejtni differenti mill-bniet l-oħra. Meta kont inħares fil-mera konta nara persuna differenti minn dak li turi l-mera. Ġo fija kont inħoss li jien mhux tifla, iżda tifel. Kont nattendi skola privata fejn fil-klassi konna mħaltin subien u bniet u dejjem kont miġbud lejn il-bniet bħal kull tifel ieħor. Qatt ma kelli ġibda lejn is-subien.”
Staqsejtu ta’ liema età beda jħossu tifel u mhux tifla fejn qalli li dan kien iħossu minn dejjem, iżda kien aktar konxju meta kellu bejn sitta u seba’ snin. Għalkemm hi età kemxejn żgħira iżda, hu beda jgħidli li minn tfulitu ħass xi ħaġa differenti fis-sesswalità tiegħu. “Kont inħoss ġibda lejn il-bniet iżda jien mhux liżbjana, jien raġel minn ġewwa. Meta kont l-iskola batejt ħafna fejn kont niġi mgħajjar liżbjana, ġieli anke ‘she male’ (mara b’organi sesswali ta’ raġel) meta ma kontx. U dawn kienu jgħajruni hekk meta kellna madwar seba’ snin. Dan wassal biex minn ta’ età żgħira kont inħossni waħdi. Darba minnhom għamilt kuraġġ u tkellimt ma’ ħabiba dwar kif kont inħossni u fiha sibt ħabiba kbira li kienet tifhimni, allavolja konna t-tnejn li aħna tfal.”
Aqra l-intervista sħiħa fil-gazzetta ILLUM