Vot LE jaċċerta li l-art pubblika tibqa' pubblika - SHout

Bil-vot LE, jkun żgur li ma ssir l-ebda kaċċa fuq art pubblika

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

Il-vot tal-LE fir-Referendum ta' nhar is-Sibt jiżgura li l-art pubblika tibqa' aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha u mhux tittieħed mill-kaċċaturi.

Il-kelliem ta' SHout Mark Sultana kien qed jindirizza l-mezzi tax-xandir fis-sit ta' Natura 2000 f'Pembroke, sit li "kaċċaturi li jieħdu l-art pubblika, jikkapparawha u jeħduha tagħhom."

Sultana spjega kif il-kaċċaturi jieħdu din l-art pubblika u f'siti oħra ta' Natura 2000 fir-rebbiegħa u mhux biss iwaqqfu lill-pubbliku milli jidħol imma anke joqtlu l-għasafar.

"Bħal dan il-post, f'Malta għandna hafna, meta tikkunsidra li f'Malta għadna 10,000 kaċċatur, tistgħu timmaġinaw artijiet oħra bħal dawn li allura jtellfu mill-pjaċir li wieħed ikun jista' jgawdi n-natura."


“L-għasafar li qed jinqatlu fir-rebbiegħa huma għasafar li tilgħajn ipassu lejn l-Ewropa biex ibejtu u jkun għad fadlilhom litteralment l-aħħar pass biex ibejtu."


Sultana fakkar li l-kaċċaturi xorta waħda jkollhom 5 xhur biex jisparaw fuq 41 speċi fil-ħarifa u x-xitwa u li aħna jixirqilna r-rebbiegħa.

“Fil-11 ta' April, ivvota LE biex issalva l-għasafar li jkunu qed ipassu u biex issalva l-kampanja tagħna," sostna Sultana.

Sultana rrefera għas-27,000 vot li għad irid jinġabar u qal li SHout hija ottimista bin-numru ta' votanti li vvutaw fl-elezzjoni ta' nhar is-Sibt li għadda.

"Meta timmarka LE ħa tagħti ċans lill-dawn l-għasafar u lill-kampanja ta' Malta u tivvota għall-Maltin u l-Għawdxin kollha għaliex din hi xi ħaġa nazzjonali," temm jgħid Sultana.

More in Socjali