Għeluq ta' toroq f'San Pawl il-Baħar u Raħal il-Ġdid

Xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq it-toroq minn Transport Malta

Transport Malta tavża li x-xogħlijiet fuq wiċċ Triq Toni Bajada f’San Pawl il-Baħar waslu fl-aħħar fażi. Għaldaqstant din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku bejn nhar l-Erbgħa 8 ta’ April 2015 fis-7 ta’ filgħaxija u l-Ħamis 9 ta’ April 2015 kmieni filgħodu.  

Il-karozzi li jkunu ġejjin minn Triq il-Mosta għal Dawret il-Gżejjer ser jgħaddu minn Triq il-Knisja. Waqt li,t-traffiku li ġej minn Triq Buġibba ser jgħaddi minn Triq Bordino, Triq Aristarkus, Triq il-Villeġġjatura u Triq il-Mosta.

Fejn għandu x'jaqsam it-trasport pubbliku, it-tibdil se jkun kif ġej: Rotta 12 minn tas-Sliema lejn Buġibba, malli tasal ħdejn it-traffic lights ta’ Kennedy Grove, ser tgħaddi minn Triq il- Pijunieri, Triq Ġulju, Triq Sant’Antnin u minn Triq il-Plajja ta’ Bognor u ssegwi t-triq bħal dik ta’ rotta numru 31.

Rotta numru 45 minn Burmarrad lejn Buġibba, malli tasal ħdejn ir-roundabout  ta’ Burmarrad, ser tgħaddi minn ħdejn it-traffic lights, għal Triq Pijunieri, Triq Ġulju, Triq Sant’Antnin u minn Triq il-Plajja ta’ Bognor u ssegwi t-triq bħal dik ta’ rotta 31.

Il-vjaġġi lura mhux se jkunu affettwati.

Se jsiru wkoll xi xogħlijiet fuq wiċċ triq Vjal Santa Luċija Paola. Għaldaqstant, in-naħa ta’ fuq ta’ din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku bejn nhar l-Erbgħa 8 ta’ April 2015 fil-11 ta’ filgħaxija u l-Ħamis 9 ta’ April fil-05:00 ta’ filgħodu.  Ix-xogħlijiet ser isiru ukoll fi Triq Aldo Moro u madwar il-junction tal-Marsa fejn xi karreġġjati ser ikunu affettwati iżda l-ebda triq mhi ser tkun magħluqa.

Il-karozzi ser jgħaddu minn Triq Ħal Luqa, Santa Luċija u Triq Garibaldi, Marsa.

More in Socjali