Il-MAM li flimkien mal-MUBE (Malta Union of Bank Employees) hi membru tal-konfederazzjoni tal-Malta Trade Unions, qalet fi stqarrija li tesprimi s-solidarjetà tagħha mal-membri tal-MUBE u l-familji tagħhom għall-problemi ta' finanzi li kapaċi qed isofru minħabba d-disgwid mal-HSBC.
Fl-istess waqt, il-MAM faħħret lill-MUBE billi qalet li huma ta' eżempju ta' demokrazija interna fi ħdan it-trade union, fejn kienu l-membri stess, permezz ta' vot demokratiku li approvaw l-azzjonijiet industrijali. Dan il-vot juri fiduċja sħiħa fit-tmexxija tal-istess union.
Is-suċċess ekonomiku f'Malta huwa riżultat ta' intraprenditorija u investiment f'kuntest ta' relazzjonijiet tajba bejn l-impjegati u min iħaddem, kompliet tgħid il-MAM. Tkun ħasra li kieku min iħaddem jieħdu pożizzjoni ta' konfrontament mal-ħaddiema tagħhom.