L-ajruport internazzjonali ta' Malta se jkun qiegħed jagħmel eżerċizzju ta' taħriġ għada bejn id-disgħa ta' filgħodu u nofsinhar. F'dan l-eżerċizzju ta' taħriġ se jservi ta' evalwazzjoni dwar il-ħin li jittieħed sabiex jitwettaq xogħol f'każ ta' xi emerġenza serja tas-saħħa.
Dan it-taħriġ jifforma parti minn programm kontinwu li jservi sabiex isaħħaħ u jtejjeb il-preparazzjoni f'każ ta' xi emerġenza, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pubbliku.
Għaldaqstant, l-ajruport internazzjonali ta' Malta javża li jekk jiġi nnutat xi moviment mhux tas-soltu u preżenza qawwija ta' vetturi tal-emerġenza fiż-żona ta' madwar l-ajruport, dan ikun kollu parti minn dan il-programm ta' taħriġ.