
Marzu bl-aktar maltempati f'64 sena
Ir-ragħad instema' f'6 ġranet meta l-medja hi ta' jumejn

More in Socjali
Ir-ragħad instema' f'6 ġranet meta l-medja hi ta' jumejn
Marzu f’Malta kien karatterizzat minn sema aktar griż, riħ aktar qawwi u aktar xita b’saħħitha meta mqabbel ma’ rekords minn snin ta’ qabel. Malta kellha wkoll l-aktar numru ta’ ġranet bir-ragħad mill-1951.
Ir-ragħad instema’ f’sitt ġranet, li huwa aktar min-normal ta’ jumejn.
Ix-xahar li għadda esperjenzat id-doppju ammont ta’ xita b’total ta’ 64.0mm. F’Marzu kellna medja ta’ 37.9mm ta’ xita. L-aktar ġurnata li fiha għamlet xita kienet dik tas-26 ta’ Marzu, b’total ta’ 16.6mm.
B’kollox ħarġu 37 twissija ta’ riħ: bi 17 minnhom diretti lejn l-ajruport għal skopijiet tal-avjazzjoni, filwaqt li 20 kienu diretti lejn il-pubbliku. Ma kinux irrapurtati ċpar u silġ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ħal-Luqa.
It-temperatura medja għal Marzu kienet ta’ 13.6°C, ftit anqas min-normal mistenni għal dan il-perjodu.
L-ogħola temperatura reġistrata kienet fit-22 ta’ Marzu, meta ntlqet it-temperatura ta' id-19.6°C. Sadanittant, l-anqas temperatura niżlet għal 12.7°C fil-5 ta’ Marzu, waqt li l-anqas temperatura ta’ matul il-lejl kienet ta' 7.2°C.
Ix-xahar li għadda l-umdità telgħet għal 81.9%, ftit aktar min-normal ta’ 78 fil-mija.
It-temperatura medja tal-baħar kienet dik ta’ 15.3°C, 0.2°C aktar sħuna mill-medja għal Marzu.
Ix-xahar li għadda, Malta rat total ta’ 203 sigħat ta’ xemx, 19.3 siegħa anqas min-normal ta’ 222.3 siegħa. Kellna medja ta’ 6.6 sigħat ta’ xemx tiżreġ kuljum. L-aktar ġurnata mdawla kienet irreġistrata fid-29 ta’ Marzu, b’total ta’ 10.7 sigħat ta’ xemx. Sadanittant, fl-aktar ġranet mudlama (fil-5 u fis-16 ta’ Marzu) ix-xemx ma ħarġitx.
L-aktar ġurnata kiesħa f'Marzu kienet fl-1953 b’temperatura medja ta’ 11.4°C. L-aktar Marzu bix-xita kien reġistrat fl-1925 b’total ta’ 178.0mm filwaqt li l-aktar ġurnata bla xita kienet fl-1977 b’0.40mm xita biss.