Ta' kull sena, it-tenur Malti ta' fama internazzjonali, Joseph Calleja jtella' kunċert f'pajjiżna fis-sajf li għalih jattendu bi ħġarhom ħafna Maltin. F'kull edizzjoni, Calleja jkun akkumpanjat minn diveri kantanti Maltin u internazzjonali li kienu jinkludu lil Claudio Baglioni u Leona Lewis fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet.
Din is-sena, f'dan il-kunċert se naraw lil Joseph Calleja akkumpanjat mill-kantanta ta' fama internazzjonali Anastacia, li hi magħrufa għal diski bħal 'Left Outside Alone', 'Sick and Tired' u aktar riċenti 'Stupid Little Things'.
Dan il-kunċert se jittella' fil-Luxol grounds f'Pembroke u se jkun akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, fit-3 ta' Awwissu.