Tegħreq dgħajsa qrib il-Libja, jittellgħu disa' katavri

144 persuna salvati mill-Guardia Costiera ta' Sqallija

Il-Guardia Costiera Taljana tellgħet 9 katavri mill-baħar wara li dgħajsa li telqet mill-Libja għerqet ftit 'il barra mill-kosta Libjana.

Il-membri tas-salvataġġ, min-naħa l-oħra rnexxielhom isalvaw 144 immigrant waqt li għadhom ifirrxu għal iktar.

Id-dgħajsa bdiet issib id-diffikultajiet u inqalbet madwar 80 mil 'il barra mill-kosta Libjana.

Nhar il-Ġimgħa, 978 immigrant ġew salvati mill-Guardia Costiera Taljana wara li ntlemħu 30 mil 'il barra mill-kosta tal-Libja. Fl-ewwel tliet chur tal-2015, l-Italja rreġistrat iktar minn 10,000 immigrant li wasal fil-pajjiż, u madwar 2,000 kienu salvati fil-baħar matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa ta' April fil-kanal ta' Sqallija.

Skont l-Għaqda Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IMO), ħafna mill-immigranti li waslu matul din is-sena kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Afrika tal-Punent kif ukoll mis-Somalja u s-Sirja waqt li jużaw il-Libja biex jitilqu minnu.

Nhar il-Ħadd, il-Guardia Costiera Taljana qalet li ġew salvati 2,782 immigranti, li 1,116 minnhom ġew salvati il-Ħadd stess.

More in Socjali