Wara sentejn ta' speklulazzjoni, Hillary Clinton il-mara tal-eks President Amerikan Bill Clinton, ħabbret li se tikkontensa l-elezzjoni Presidenzjali tal-Amerika. Din se tkun it-tieni darba li Clinton se toħroġ għall-elezzjoni, hekk kif hi l-iktar kandidata li hemm ċans tkun qed tirrapreżenta l-Partit Demokratiku fl-elezzjonijiet li se jsiru fl-2016.
“Se nikkontesta għal President," qalet Clinton fi tmiem vidjo li kien iħabbar il-kandidatura tagħha.
“Everyday Americans need a champion. And I want to be that champion,” kompliet tgħid Clinton.
Iċ-chairman tal-kampanja ta' Clinton, John Podesta ħabbar li Clinton se tkun qet tiltaqa' mal-votanti fl-istat ta' Iowa biex tattendi għall-ewwel avveniment uffiċjali tagħha.