L-Arċisqof iħeġġeġ lil Montebello jkompli bil-ħidma tiegħu ma' nies omosesswali

Fr. Mark Montebello mħeġġeġ isegwi l-prassi tal-Knisja

Fr. Mark Montebello
Fr. Mark Montebello

L-Arċisqof Charles Scicluna enkoraġixxa lil Partri Mark Montebello biex ikompli bil-ħidma tiegħu ma' nies omosesswali, filwaqt li fl-istess ħin talbu sabiex "ikompli jsegwi l-prassi tal-Knisja u d-dixxiplina fiċ-ċelebrazzjonijiet tar-riti sagri u tar-ritwali tal-Knisja."

Din id-dikjarazzjoni mill-Kurja inħarġet wara laqgħa bejn Scicluna u Montebello li ġiet imsejħa wara li Montebello deher f'ritratt ibierek iċ-ċrieket ta' koppja omosesswali. Fl-istess dikjarazzjoni il-Kurja qalet li Montebello qabel biex ikompli jsegwi l-prassi u dixxiplina tal-Knisja fil-ministeru pastorali tiegħu.

Wara li lbieraħ ġiet imsejħa din il-laqgħa, inħolqot paġna fuq Facebook bl-isem ta' "Support Fr Mark Montebello for Blessing a Gay Engagement". F'din il-paġna, li fiha kien hemm aktar minn 700 'like' - li fid-deskrizzjoni stess tgħid li hija paġna ta' "appoġġ għal Fr. Mark Montebello."

 

More in Socjali