Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ħabbar li l-anzjani se jkunu jistgħu jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku għal ġurnata sħiħa b’0.50ċ.
Fi stqarrija, l-Ministru qal li l-Oppożizzjoni hija skorretta bil-kritika tagħha meta qed tgħid li t-tariffi tat-trasport pubbliku se jogħlew. Bil-kontra ta’ hekk, hemm għadd ta’ setturi tal-popolazzjoni li fil-fatt se jgawdu minn tariffi aħjar, fosthom studenti u persuni b’diżabilità.
Fil-ġranet li għaddew, l-operatur tat-trasport pubbliku kompla jorganizza diversi laqgħat ma’ stakeholders differenti biex tkun spjegata kif se taħdem is-sistema, fosthom mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, l-Unjin tal-Għalliema, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u fil-ġranet li ġejjin, se tkun qed tibda l-kampanja ta’ informazzjoni fuq il-mezzi tax-xandir.