39 fatalità fuq il-post tax-xogħol bejn l-2007 u l-2014

Mid-39 fatalità, kollha kienu rġiel

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irrapportat 39 fatalità fuq il-post tax-xogħol bejn l-2007 u l-2014.

Mill-informazzjoni li ġiet ippubblika mill-awtorità, juri li dawn il-fatalitajiet li seħħew amtul l-aħħar 8 snin kienu jinvolvu biss irġiel, bil-maġġoranza tagħhom ikunu ta' bejn il-35 u 54 sena.

Il-maġġoranza ta' dawn l-iċidenti fatali waqt ix-xogħol ġew rrappurtati li saru fin-Northern Harbour District. L-inċidenti fatali kienu jinvolvu ħaddiema li jaħdmu fuq livell full-time f'żewġ terzi tal-każi rrappurtati.

 Kumpaniji kbar li jħaddmu iktar minn 250 ħaddiem magħhom, kellhom l-inqas ammont ta' inċidenti fatali u dan waqt li l-kumpaniji li jħaddmu bejn 1 u 9 ħaddiema kellhom l-aktar każijiet.

Kważi nofs dawn il-każi ta' mwiet kienu kawża ta' ġrieħi f'rashom. Nofs dawn il-każi kienu jinvolvu ħaddiema tal-kostruzzjoni.

More in Socjali