Il-President tal-Korea t'Isfel wiegħdet li jtella' l-vapur Sewol - hekk kif illum il-pajjiż jikkommemora sena minn dan id-diżastru.
Sena ilu kienu mietu 304 persuna, fil-maġġoranza tagħhom studenti hekk kif il-vapur li kienu fuqu kien mimli wisq u kien ddiżinjat b'mod illegali. Dan il-vapur għereq ftit 'il bogħod mill-gżira Jindo.
Dan id-diżastru wassal biex għal rabja madwar il-pajjiż kollu - hekk kif bosta bdew jikkritikaw kemm is-sigurtà ta' dan il-vapur, kif ukoll l-isforzi li kienu saru għas-salvataġġ.
L-ispiża sabiex jittella' dan il-vapur minn qiegħ il-baħar ħa tiswa $110 miljun, imma il-President, Park Guen-hye qalet li "ħa jittieħdu l-passi kollha neċessarja sabiex il-vapur jittella' mill-aktar fis possibbli."
Intant illum f'madwar 300 post differenti madwar il-pajjiż qed jittellgħu ċerimonji ta' tifkira għal vittmi li tilfu ħajjithom f'din it-traġedja.