Il-'mammoni' - it-Taljani u Maltin fost l-aktar li jdumu d-dar fl-UE

Rapport tal-Eurostat juri xejriet dwar iż-żgħażagħ u tfal fl-UE
 

Il-kelma
Il-kelma "mammone" użata bit-Taljan għal min jibqa' jgħix id-dar mal-ġenituri fit-tul

Nisimgħu ħafna dwar l-adulti fl-UE, imma ftit li xejn dwar it-tfal. Kemm hemm tfal bħalissa fl-UE? Żdiedu fil-popolazzjoni? Beħsiebhom jiżdiedu? Min qed jieħu ħsiebhom? Kemm qed isibuha faċli t-tranżizzjoni bejn l-iskola u x-xogħol? It-teknoloġija x'impatt qed ikollha fuqhom? Dan huwa dak li qed tipprova twieġeb il-pubblikazzjoni tal-Eurostat - "Being young in Europe today" - xi jfisser li tkun żgħir fl-età fl-Ewropa tal-lum il-ġurnata.

Ftit tal-jiem qabel l-Ġimgħa ddedikata għaż-Żgħażagħ, u fl-okkażjoni tat-tnedija ta' din il-pubblikazzjoni, il-Eurostat ħarġet rapport dwar it-tfal u ż-żgħażagħ fl-UE - li huwa biss ftit minn dak li jinstab f'din l-istess pubblikazzjoni.

L-Irlanda jinstabu fil-quċċata fl-ammont ta' tfal, u f'qiegħ il-lista hemm il-Ġermanja. Fl-2014, l-EU kellha 10 miljun tifel u tifla inqas meta mqabbla mal-1994. L-akbar tnaqqis  ġie rreġistrat f'Ċipru li minn 25.2% fl-1994 marret għal 16.3% fl-2014. Malta kienet fost l-aktar pajjiżi li rreġistrat tnaqqis ukoll, hekk kif irreġistrat tnaqqis ta' 8%.

Jidher li fiis-snin li ġejjin, il-persuni taħt il-15-il sena mistennija jonqsu fil-futur minn 15.6% tal-popolazzjoni għal 15%.

Ħaġa li ma tissorprendix wisq hija li ż-żgħażagħ Nordiċi jitilqu mid-djar tal-ġenituri tagħhom qabel minn dawk aktar l-isfel fl-Ewropa. Hemm differenzi sinjifikanti bejn l-Istati Membri tal-UE. l-Iżvezja, Id-Danimarka u l-Fillandja huma dawk il-pajjiżi li fihom iż-żgħażagħ jieħdu l-istat tagħhom u jitilqu mid-dar, b'medja ta' etajiet ta' 19.6, 21, u 21.9 rispettivament. Fit-tarf l-ieħor hemm il-Kroati li jibqgħu l-aktar fid-djar tal-ġenituri tagħhom - b'medja t'età ta' 31.9. Ftit warajhom insibu lill-Islovakkja b'30.7 - fejn eżatt wara naraw li l-Maltin u t-Taljani donnhom mid-dar tal-ġenituri jsibuha diffiċli biex jitilqu - b'etajiet ta' 30.1 u 29.9 rispettivament.

Ħaġa oħra li ma wasslitx għal wisq skantament kien li aktar minn 80% taż-żgħażagħ fl-UE huma attivi fuq in-networks soċjali. Kważi 9 minn kull 10, jiġifieri 87% taż-żgħażagħ bejn is-16 sa 29 sena jużaw l-internet kuljum.

More in Socjali