Il-pulizija issa qed jitħarrġu kif jagħfu pedoflu mit-tattoos li jkollu, mill-kotba u anke mill-ħwejjeġ li dan jilbes.
Uffiċjali tal-pulizjja f'Durham, l-Ingilterra qed jiġu mħarrġa minn espert, Dr Joe Sullivan li kien wieħed mill-esperti li mexxa l-każ ta' Madeleine McCann. Madwar 400 uffiċjal qed jieħdu sehem, u qed jiġu mgħallma ħiliet dwar kif jagħrfu l-aġir ta' pedoflu. Dr Sullivan f'intervista qal li għalkemm ma jridx jagħti iżjed dettalji dwar liema karatteristiċi joqogħdu attenti għalihom, dawn inħarġu wara intervisti li saru ma' eluf ta' pedofli.
Wieħed mill-pulizija li qed jieħdu sehem, Adam Grundy ta' 28 sena qal li ġimgħatejn biss wara li temm it-taħriġ uża l-ħiliet l-ġodda tiegħu biex jgħin tifla ta' 5 snin. Huwa qal li wara ronda li waqt ronda li kien qed jagħmel, seta' jara condom u pillola tal-Viagra f'dar ta' raġel fit-80ijt tiegħu. Grundy qal li s-soltu dan l-istess raġel ikun ruħu ħierġa biex jitkellem, imma did-darba donnu ried qisu jkeċċih 'l hemm. "Il-personalità tiegħu kienet inbiddlet kompletamet - xi ħaġa li tgħallimt dwarha fit-taħrig tiegħi."
L-istess taħriġ qed isir issa minn 160 ħaddiem ieħor, inkluz għalliema, u ħaddiema tas-saħħa.
"Nitgħallmu kif ċertu ħwejjeġ, jew inkella jekk ikollhom ċertu tattoos, l-aġir tagħhom - kollha jindikaw ħafna dwar persuna," qal il-kuntistabbli Mike Barton, "is-somma ta' dan kollu jtina l-kunfidenza biex ninvestigaw aktar dwar il-persuna."