Fis-sena akkademika 2012/2013, kien hemm medja ta' assentejiżmu ta' 15.4 jum kull student - għal ttotal ta' 710,161 jum bejn l-istudenti kollha.
Dan huwa tnaqqis ta' 8% meta mqabbel mas-sena akkademika preċedenti. L-assentejiżmu awtorizzat żdied b'8.6% - 61.2% tat-total. Min-naħa l-oħra, l-assentejiżmu mhux awtorizzat naqas b'25.9%.
L-aktar li tilfu jiem ta' skola jidher li kienu studenti maskili - bil-maġġoranza kienu awtorizzati.
L-akbar volum ta' assentejizmu fl-iskejjel tal-istat kien irreġistrat fost l-istudenti tal-iskola sekondarja għolja, filwaqt li fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti, l-ogħla livelli ġew irreġistrati fil-livell primarju.
L-istudenti ta' kull età rreġistraw livelli aktar baxxi ta' assentejiżmu, bl-eċċezzjoni ta' studenti t'aktar minn 16-il sena. Dawn żdiedu b'3.4% meta mqabbel mas-sena akkademika ta' qabel.