Servizz tal-karozzi tal-linja estiż għall-Festival tan-Nar

Is-servizz ħa jkopri l-25 t'April, 30 t'April u 2 ta' Mejju

Malta Public Transport tħabbar li s-servizzi tal-karozzi tal-linja minn Marsaxlokk għall-Belt Valletta, minn Buġibba għall-Belt Valletta u mill-Belt Valletta għar-rotot diretti kollha se jkunu estiżi nhar 25 ta’ April, 30 ta’ April u  2 ta’ Mejju għall- benefiċċju ta’ dawk kollha li jixtiequ jattendu l-attivitajiet tal-Festival tan-Nar li din is-sena se jittellgħu f’Marsaxlokk, f’Buġibba u fil-Belt Valletta.

Il- 25 ta’ April, ir-rotta 81 minn Marsaxlokk għall-Belt Valletta se taħdem san-00:30. It- 30 ta ’April, se jkun hemm servizzi estiżi fuq ir-rotot kollha diretti li jitilqu mill-Belt Valletta bl-aħħar karozza tal-linja tħalli l-Belt fin-00:30. L-istess, it-2 ta’ Mejju, il-karozzi tal-linja minn Buġibba fuq ir-rotta 45 lejn il-Belt Valletta, fuq ir-rotta 12 lejn Tas-Sliema u fuq ir-rotta 221 lejn iċ-Cirkewwa se jkollhom l-iskeda normali tagħhom estiża san- 00:30, biex jaqdu lin-nies wara l-wirja tan-nar.

Il-klijenti jistgħu jixtru biljett speċjali għall-prezz ta’ €3 li jkun validu għall-vjaġġi kollha tal-ġurnata kif ukoll għas-servizzi estiżi. Il-klijenti jistgħu jixtru biljett normali għall-vjaġġi ta’ bil-lejl minn fuq il-karozza tal-linja. Il-biljetti speċjali jridu jinxtraw minn fuq il-karozza tal-linja fil-ġurnata tal-attività.

More in Socjali