Il-vulkan Calbuco - il-biża' u l-ġmiel tan-natura

Din kienet l-ewwel darba li żbroffa f'42 sena

Ritratt ta' @ale_llan fuq Twitter
Ritratt ta' @ale_llan fuq Twitter

Il-vulkan Calbuco li jinstab fiċ-Chile, żbroffa għall-ewwel darba f'42 sena. Dan wassal sabiex sħaba kbira tgħatti ż-żona fin-nofsinhar taċ-Chile fejn jinstab dan il-vulkan - żona bil-muntanji u ftit bi ftit nies jgħixu fiha.

L-uffiċju ta' emerġenza ta' Onemi fiċ-Chile ddikjara allert massimu hekk kif żbroffa dan il-vulkan madwar is-6pm ħin lokali (9pm GMT).

M'hemm l-ebda rapport ta' imwiet, nies li sparixxew jew ta' xi ħadd li weġġa' sostna l-Ministru tal-Intern Rodrigo Penailillo. Huwa ħeġġeġ lir-residenzi sabiex jevakwaw u wissq li jista' jkun hemm dak li jissejjaħ 'lahars' - taħlita ta' ilma u biċċiet ta' ġebel li jnixxu tul il-vulkan.

Intant, fl-era tar-ritratti u tal-media soċjali, ma jonqosx li qabel jiġu evakwati n-nies tal-post jieħdu ritratt ta' sema b'taħlita ta' kuluri - hekk kif il-mezzi soċjali b'mod partikolari Facebook, Twitter u Instagram imtlew b'ritratti taħt il-hashtag #volcancabulco.

More in Socjali