Iċ-chairman ta' V18, Jason Micallef ħababr li Dr. Giuseppe Schembri Bonaci għadu kemm ġie maħtur bħala d-direttur artistiku ġdid, responsabbli mir-riġenerazzjoni ta' Strada Stretta.
Micallef sostna li din it-triq ilha wisq abbandunata u li issa, inħatar direttur ġdid, propju minħabba l-kobor tal-proġett.
"Din it-triq għandha storja prominenti ħafna u ħassejna l-bżonn li ssir din ir-riġenerazzjoni, fejn waqt li tiġi rrispettata l-istorja, fl-istess waqt, tingħata spinta lill-ekonomija u x-xena kulturali," sostna Micallef. Dan b'referenza għall-mod ta' kif il-fondazzjoni kienet qed tinkoraġġixxi lis-settur privat sabiex jiftaħ stabbilimenti tal-entertainment f'din iż-żona.
"L-għan prinċipali għandu jkun li jingħaqdu t-tradizzjoni u l-istorja tat-triq, flimkien max-xena kontemporanja," qal Schembri Bonaci.
Schembri Bonaci temm jgħid li dawn il-pjanijiet se jkunu qed jimmiraw li jirriġeneraw it-triq bħala ċentru kulturali u artistiku.