Spanjulett jinqatel u jaqa' f'bitħa tal-iskola

Il-FKNK fi stqarrija, tikkundanna dan 'l-att kriminali'

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Għall-ħabta tan-12.30, tfal fl-iskola tal-Kulleġġ St. Edward tal-Birgu kienu maħsuda hekk kif waqa' għasfur tat-tip spanjulett fil-bitha tal-iskola tagħhom. Il-kaċċa fuq din it-tip ta' tajra mhix permessa fl-istaġun tar-rebbiegħa.

Jirriżulta li t-tajra intlaqtet darbtejn u waqgħet għal mejta fil-bitħa tal-istess skola fejn kien hemm xi tfal preżenti.

Min-naħa tagħhom, il-FKNK fi stqarrija qalet li dan l-att huwa kundannabbli u jeħtieġ li min hu responsabbli jitressaq lejn il-ġustizzja. Kompliet tgħid li fil-mument, il-federazzjoni għaddejja bl-investigazzjoni tagħha u tappella lill-membri tagħha u lill-pubbliku li għandhom xi tip ta' informazzjoni biex jidentifikaw lill-persuna ħatja.

More in Socjali